Tuesday, May 24, 2016
jtemplate.ru - free extensions for joomla

L-aħħar aħbar

  • Tfal impenjati fis-sajf... grazzi għas-Summer Fun Club
    Tfal impenjati fis-sajf... grazzi għas-Summer Fun Club

    Matul il-ġimgħa li għaddiet il-grupp tat-tfal li aktar kmieni dan is-sajf attendew is-Summer Fun Club, kienu mistiedna sabiex jipparteċipaw f’Live-in, ġewwa Marsalforn. Huwa l-iskop tal-parroċċa tagħna li dan is-summer fun club mhux biss iservi ta’ mument rilass imma wkoll sabiex l-istaġun tas-sajf ikun staġun li fih it-tfal tagħna jitgħallmu jgħixu flimkien u wkoll jitgħallmu affarijiet bażiċi tal-ħajja. 

    Read more...
  • Fakkarna lil San Piju X
    22 August

    Ilbieraħ l-altar ta’ San Piju X li hemm f'wieħed mill-Kappelluni kien armat ftit aktar mis-soltu, b’xema u wkoll terħa papali fuq imħadda tal-bellus.  San Piju X kien Papa bejn l-1903 u l-20 ta’ Awwissu tal-1914. Kien Papa devot kbir tal-Madonna u wkoll kien jippromwovi ħafna t-tqarbin. Tant hu hekk li kien l-istess Papa li ta l-fakulta lil tfal minn eta żgħira biex jirċievu l-Ewkaristija. Ġie ddikjarat qaddis mill-Knisja Kattolika fid-29 ta’ Mejju tal-1954.  Fl-istess żmien fil-parroċċa tagħna peress li l-knisja kienet saret wisq żgħira għall-kommunita' li kienet qed tikber, il-Kappillan Dun Girgor Vella beda jkabbarha.  Fost l-oħrajn saru s-saqaf, il-koppla, il-kappelluni, il-kor u n-navi li ġew kollha mibnija fuq pjanta tal-Perit Giuseppe Damato.  Ix-xogħol tlesta fl-1957. 

    »
  • Għamilna festa sabiħa, għax...
    14 August

    Il-festa ġiet u għaddiet, l-armar ta’ barra u tal-Knisja kważi nġabar kollu u llum ninsabu nirrakuntaw kemm kellna festa sabiħa! U bir-raġun, għal grazzja t’Alla kellna festa sabiħa. Ma ngħiduhx aħna imma jgħiduh dawk il-ħafna Għawdxin, Maltin u barranin li kellna fostna jiċċelebraw magħna. U aħna nistaqsu għaliex kellna festa sabiħa? Huwa tajjeb li wieħed jieqaf u jirrifletti x’inhuma l-ingredjenti li jagħmlu l-festa tagħna waħda partikolari. 

    »

Videos

  • Il-vokazzjonijiet, xhieda għall-verità - Messaġġ tal-Papa Franġisku fl-okkażżjoni tal-Jum tal-Vokazzjonjiet
    Il-vokazzjonijiet, xhieda għall-verità - Messaġġ tal-Papa Franġisku fl-okkażżjoni tal-Jum tal-Vokazzjonjiet

     

    MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦALL-51 JUM DINJI TA’ TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET 11 TA’ MEJJU 2014 – IR-RABA’ ĦADD TAL-GĦID 

    Tema: Il-vokazzjonijiet, xhieda għall-verità. 

    Qed nippubblikaw t-test sħiħ tal-messaġġ. 

     

  • Il-Qaddis tal-Jum
    Il-Qaddis tal-Jum

    SAN INJAZJU TA’ ANTJOKJA isqof u martri (50-c98/117)

     

    Dan il-qaddis jingħad li kien dixxiplu ta’ San Ġwann l-Evanġelista. Jingħad ukoll li hu kien ikkonsagrat isqof ta’ Antjokja minn San Pietru nnifsu.

    San Injazju mexxa d-djocesi tiegħu għal erbgħin sena sakemm kien arrestat fil-persekuzzjoni tal-Imperatur Trajanu. Il-ġifen li fuqu vvjaġġa għadda madwar il-kosta tal-Asja ż-Żgħira, imbagħad fil-Greċja u fl-aħħar Ruma.

Kelma tal-Kappillan

  • Il-Kelma tal-Kappilan Il-Kelma tal-Kappilan

    Il-messaġġ li l-Papa Franġisku kontinwament qed jisħaq fuqu huwa sabiex il-Knisja toħroġ 'il barra mill-konfini tagħha sabiex tilħaq aktar nies 'il bogħod minnha. Dan il-mezz eletroniku huwa mod ta' kif il-Parroċċa tagħna qed tikkontribwixxi sabiex il-Knisja tilħaq mhux biss lil komunità tagħna imma wkoll lil dawk li jżuruna. Għalhekk jien minn qalbi nagħti merbħa lil dawk kollha li qed jżuruna fuq dan is-sit.

    Read more...

Kalendarju Ta' Attivitajiet

No events found

Facebook

Trip Advisor

Bullettin

  • 12 ta' Lulju 2015

    PDF

  • 5 ta' Lulju 2015

    PDF

  • 28 ta' Ġunju 2015

    PDF

Il-Hsieb tal-gurnata

Il-fidi sħiħa ta’ Lawrenz setgħet tegħleb is-swat tal-argużin, in-nirien, it-turmenti u l-ktajjen.
Il-Papa San Damasu I

Sant Anna

test